It-Torri ta’ Pisa qed jidritta

It-Torri ta’ Pisa bil-mod il-mod qed jidritta.

Skont l-aħħar rapport annwali li jsir mill-uffiċjali responsabbli mis-sigurta’ tat-torri, jirriżulta li bejn l-2001 u l-2012, it-torri iddritta b’madwar 2.5 ċentrimetri.

Dan il-proċess ta’ rijabilitazzjoni tat-torri beda mill-1992 meta fuq medda ta’ 9 snin l-inklinazzjoni tat-torri naqset minn 4.5 metri għal 4.1 metri.

It-Torri ta’ Pisa għamel ukoll żmien magħluq għall-pubbliku, bil-Professur Michele Jamiolkowski jordna li jiġu nstallati 18-il kejbil tal-azzar bħala miżura temporanja tas-sigurtà.

Sar ukoll intervent fuq il-parti t’isfel tat-torri kif ukoll intervent fuq il-pedamenti biex tonqos l-inklinazzjoni tat-torri.

Issa li t-Torri ta’ Pisa ddritta l-esperti Taljani qed isostnu li huwa sigur għat-turisti biex iżuruh fis-snin li ġejjin.