​It-Torri l-Abjad se jgħin lit-tfal żvantaġġjati

It-Torri l-Abjad tal-Aħrax tal-Mellieħa se jkun qed jiġi restawrat bl-għan li jgħin lil tfal li jkunu żvantaġġjati.
Fi stqarrija, l-għaqda Din l-Art Ħelwa qalet li permezz ta’ fondi mill-Project NEMO tal-Malta Community Chest Fund se jibbenefikaw tfal żvantaġġjati li se jżuru lil dan it-torri fil-futur.
L-għaqda qalet li hija responsabbli għar-restawr u r-riġenerazzjoni tat-torri u l-ambjent tal-madwar. Intqal li t-torri li nbena fl-1658 jinstab fi stat ta’ abbandun.
Il-proġett tar-restawr qed isir permezz ta’ fondi mill-HSBC Malta Foundation, Atlas Insurance, National Lotteries Good Causes Fund, u mill-Ministeru għall-Ambjent.
Din l-Art Helwa qalet li taspira li tuża’ lit-torri bħala ċentru edukattiv li jiffoka fuq il-kultura u l-ambjent.
Fih se jkun hemm żona interattiva mgħammra bit-teknoloġija tat-touch-screen.
Ritratt: Din l-Art Ħelwa