It-toroq u l-parkeġġ għal waqt il-logħba

Read in English.

Il-Pulizija ppubblikat l-arranġamenti għat-traffiku għal waqt il-logħba Malta kontra l-Isvezja li se tintlab għada fl-istadjum Nazzjonali. Ir-ring road li ddawwar l-istadium nazzjonali se tkun magħluqa mit-8am.

Is-sapporters qed jiġu mħeġġa biex jgħaddu minn Triq il-Pitkali jew Triq Durumblat biex kjaslu għall-istadjum. Il-Pulizija qalet li l-pubbliku għandu jagħżel toroq alternattivi minħabba li hemm xogħlijiet għaddejjin fit-toroq qrib il-crafts village. Il-parkeġġ huwa indikat bil-blu fuq il-mappa.

Dawn l-arranġamenti ġew ippubblikati wkoll mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Football (MFA) biex ikun hemm immaniġjar aħjar tat-traffiku tal-folol.

Malta għada tilgħab kontra l-Isvezja fil-logħba ta’ kwalifikazzjoni tal-Grupp F u tibda fid-8.45pm.