It-Torok jivvutaw fl-ewwel elezzjoni Presidenzjali

Bħalissa għaddej il-proċess ta’ votazzjoni tal-ewwel elezzjoni Presidenzjali fit-Turkija.
Jikkontestaw għal din l-elezzjoni hemm tlett kandidati li wieħed minnhom hu l-Prim Ministru tat-Turkija stess, Recep Tayyip Erdogan.
Jekk ħadd mit-tlett kandidati ma jġib iktar minn 50% tal-voti, issir elezzjoni oħra nħar il-Ħadd 24 ta’ Awwissu.
Il-votazzjoni se tibqa’ għaddejja sal-5pm.