It-toilets tal-isptar t’Għawdex jitħallew kważi ġurnata miżdudin

Persuni li dalgħodu ppruvaw jagħmlu użu mit-toilets tal-Outpatients tal-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex sabu li numru ta’ toilets damu sigħat twal misdudin bil-karti, filwaqt li ma kienx hemm karti tal-idejn fejn wieħed jixxotta idu.

Sorsi minn fuq il-post li tkellmu ma’ Newsbook.com.mt u spjegaw li ppruvaw jagħmlu użu minn tliet toilets different kmieni dalgħodu.

Spjegaw ukoll li fl-istess waqt, is-sink ma kellux ħdejh l-istokk ta’ karti li wieħed juża’ biex jimsaħ idejh wara li jaħsilhom. Komplew jgħidu li dawn kien ilhom f’dan l-istat propju mis-7.30am.

Intant, il-karta li żżomm ir-rekord ta’ meta jkunu tnaddfu dawn il-latrini turi li qabel il-11am tal-lum, l-aħħar li dawn kienu ġew imnaddfa kien propju fis-1pm tal-bieraħ wara nofsinhar.