It-tobba tal-familja joħorġu ktejjeb dwar l-Influwenza u l-Covid-19

L-assoċjazzjoni tat-Tobba privati tal-Familja ħarġet ktejjeb żgħir li fih qed jiġi spjegat kif wieħed jista’ jieħu ħsieb tieghu nnifsu meta jkollu riħ, l-Influwenza jew inkella l-Covid-19.

Dr Jason Bonniċi mill-Assoċjazzjoni tat-tobba privati tal-familja qal li ħafna mill-każijiet li jiltaqgħu magħhom huma każijiet ħfief tal-COVID-19 li jistgħu jiġu mmaniġġjati d-dar. Madanakollu, l-Assoċjazzjoni saħqet fuq il-bżonn li wieħed jieħu ħsieb tieghu nnifsu ġew daru biex itaffi l-piż fuq is-servizzi tal-kura tas-saħħa, u jitnaqqas il-kuntatt mal-oħrajn biex titnaqqas l-imxija tal-infezzjonijiet.

Hu saħaq li l-ebda antibijotiċi ma jaħdmu fuq l-ebda wieħed minn dawn il-viruses u li għalhekk normalment kull mhu meħtieġ hi mediċina li jinbiegħ mingħajr r-riċetta tat-tabib.

Bonniċi qal li aktar deħlin fix-xhur tax-xitwa, t-tobba qed jaraw aktar każijiet ta’ infezzjonijiet minħabba l-kesħa. Huwa qal li qed jiġi nnutat sintomi relatati ma’ stress u nuqqas ta’ eżerċizzju.

Id-dokument jagħti ukoll indikazzjoni ta’ sintomi ta’ ‘allarm aħmar’ li jistgħu ikunu ta’ tħassib u li għandhom jiġu diskussi mat-tabib jew mal-ispiżjar.

L-Assoċjazzjoni temmen li fl-edukazzjoni tal-pazjent u taħseb li dan id-dokument se jwieġeb ħafna mill-mistoqsijiet li jsiru lit-tobba u l-ispiżjara.

Id-dokument jista’ jiġi mniżżel minn hawn: https://mcfd.org.mt/wp-content/uploads/2020/06/MCFD-SC-Mlt.pdf