It-tobba sodisfatti wara l-operazzjoni ta’ Beppe Fenech Adami

Ġiet deskritta bħala sodisfaċjenti, l-operazzjoni li saret lill-Viċi Kap tal-Partit Nazzjonalista Beppe Fenech Adami.
It-tobba fl-Ingilterra damu erba’ sigħat u nofs biex ineħħu tumur tal-kanċer li Fenech Adami kellu fi spalltu.
L-ewwel kummenti wara din l-operazzjoni kienu li t-tobba jinsabu ferm sodisfatti.
Jekk kollox imur kif mixtieq, Beppe Fenech Adami se jkun jista’ joħroġ mill-isptar fi żmien ġimgħa.
Huwa qed jesprimi t-tama li ma jdumx ma jirritorna għall-ħajja normali.
Il-Parlament awgura fejqan ta' malajr lil Beppe Fenech Adami