It-tobba madwar id-dinja avżati joqgħodu attenti għal din il-kundizzjoni fit-tfal – WHO

L-Għaqda Dinjija tas-Saħħa (WHO) appellat lit-tobba madwar id-dinja biex joqgħodu għassa għal kundizzjoni li qed tiżviluppa f’xi tfal li tista’ tkun relatata mal-coronavirus.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet id-Direttur Ġenerali tal-WHO Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus qal li fl-aħħar ġimgħat ħarġu rapporti mill-Ewropa u mill-Amerka ta’ Fuq li ddeskrivew ammont żgħir ta’ tfal li kienu qed jidħlu fl-ITU b’multisystem inflammatory condition li kellha similaritajiet għall-Kawasaki’s disease u toxic shock syndrome.

Spjega li rapporti inizzjali jaħsbu li dan is-syndrome jaf ikun relatat mal-COVID-19.

Dr Tedros Adhanom Ghebreyesus appella lit-tobba madwar id-dinja biex jaħdmu mal-awtoritajiet tas-saħħa nazzjonali u mad-WHO biex ikunu għassa u jifhmu aktar din is-syndrome fit-tfal.

Illum ġurnalist staqsa lis-Supretendent għas-Saħħa Pubblika dwar dan. Qalet li t-tfal li kellhom il-coroanvirus f’Malta kienu f’kundizzjoni stabbli. Qalet li hemm minnhom ikollhom bżonn jidħlu l-isptar imma hemm oħrajn li jinżammu d-dar. Spjegat li dawn tal-aħħar ikunu segwiti minn pedjatra.

Skont il-Prof. Gauci s’issa ma ġewx reġistrati kumplikazzjonijiet bħal dawn li qed issemmi l-WHO.

Il-WHO mistennija tippubblika Scientific Brief on Multisystem Inflammatory Syndrome in Children.

Jekk tixtieq tkun minn tal-ewwel li tirċievi l-aħħar aħbarijiet dwar il-coronavirus f’Malta, niżżel l-APP ta’ Newsbook minn hawn