It-tobba f’Mater Dei żdiedu b’2.5% fis-sena

L-għadd ta’ tobba, speċjalisti u kirurgi f’Mater Dei żdiedu b’medja ta’ 2.5%  fis-sena matul l-aħħar erba’ snin.
Dan joħroġ minn informazzjoni mogħtija mill-Ministru għas-Saħħa Dr Chris Fearne fi tweġiba għall-mistoqsija tad-Deputat Laburista Silvio Grixti.
Dr Fearne qal li f’Marzu 2013 kien hemm 1,031 bejn tobba, speċjalisti u kirurgi fl-Isptar Mater Dei. L-għadd żdied għal 1,142 fil-preżent.
Dan ifisser li fl-aħħar erba’ snin l-għadd ta’ tobba żdied b’111 jew medja ta’ madwar 28 fis-sena.