​It-tniġġiż joqtol 7 miljun persuna

Fl-2012 mietu seba’ miljun persuna madwar id-dinja kawża tat-tniġġiż fl-arja.
Skont l-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa (WHO) dan ifisser li wieħed minn kull tmien persuna li tmut, tkun marbuta mat-tniġġiż u għalhekk tikkunsidrah bħala l-ikbar riskju ambjentali għas-saħħa tal-bniedem.
Il-WHO spjegat li t-tniġġiż iwassal għal problemi fil-qalb, respiratorji u anke kanċer.
Kważi sitt miljuni ta’ dawn l-imwiet seħħew fl-Ażja.