It-tneħħija tat-tariffi tar-roaming hija aħbar tajba għall-konsumaturi – Metsola

L-Ewroparlamentari Roberta Metsola laqgħet il-ftehim fin-negozjati bejn il-Parlament Ewropew u l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea biex, minn Ġunju tal-2017, jiġu fi tmiemhom it-tariffi fuq ir-roaming.
Fi stqarrija, Dr Metsola qalet li filwaqt li l-prezzijiet fir-roaming se jonqsu drastikament fl-2016, dawn se jitneħħew għal kollox fis-sena 2017.
Dan ifisser li minn Ġunju tal-2017, il-konsumaturi se jħallsu l-istess tariffi fuq telefonati u data kemm f’pajjiżhom u anke meta jsiefru.
Hija qalet li dan il-pass jagħmilna aktar kompetittivi u hija aħbar tajba għall-konsumaturi u l-intrapriżi.
Issa jmiss li dan il-ftehim jiġi addadat formalment mill-Kunsill u l-Parlament Ewropew.