It-tnaqqis fil-fuel mhux jirrifletti l-prezz veru taż-żejt – PN

Fi stqarrija l-Partit Nazzjonalista sostna li l-prezzijiet tal-fuel f’pajjiżna għadhom fost l-ogħla fl-Ewropa.
Il-Partit Nazzjonalista qal li l-roħs fuq il-petrol u d-diesel hija konferma oħra ta’ kemm il-Prim Ministru qed jisraq lin-nies meta jixtru l-fuel.
L-istqarrija tkompli li filwaqt li l-prezz taż-żejt madwar id-dinja kompla jinżel, il-prezzijiet tal-fuel f’pajjiżna mhux qed jirrifletti dan, b’konsegwenzi negattivi fuq il-familji u n-negozju.
Il-Partit Nazzjonalista qed jerġa’ jappella lill-Gvern biex jippubblika minnufih il-ftehim għax-xiri taż-żejt, kif ukoll iraħħas il-prezzijiet tal-fuel