Read in English.
Il-Membru Parlamentari Nazzjonalista Kevin Cutajar f’post fuq Facebook qal li minkejja l-isforzi li saru mit-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista, dan ma rnexxilux jgħaqqad lill-Partit.
Is-Sibt, Cutajar kiteb fuq Facebook biex iwieġeb lil dawk li qed isaqsuh ta’ min hi l-ħtija għal din il-kriżi interna.
Cutajar qal li din mhux kwistjoni ta’ min hi l-ħtija imma li wasal iż-żmien li wieħed jaċċetta li l-isforzi tat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista fallew.
“Dan huwa fatt magħruf”, kompla Cutajar.
Intant fi stqarrija t-tieni fergħa taż-żgħażagħ tal-Partit Nazzjonalista, Team Start, ħarġet stqarrija li fiha qalet li jkun inutli li titfajjar il-buzzword “bidla” u li tintefa l-ħtija fuq bniedem wieħed.