It-tlieta tal-qlub iġġiblu erba’ “iva”

Morgan Mage minn Baħar iċ-Ċagħaq għandu 14-il sena u wassal wirja ta’ illużjoni bil-parteċipazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija.

Il-karta magħżula minn Howard kienet it-tlieta tal-qlub li wara li tħawwdet fil-mazz tal-karti, Morgan sabha wara li wasal għall-karta numru 40, in-numru li Ray kien għażel f’moħħu..

“Il-maġija hija illużjoni u m’għandniex ngħidu l-effett tagħha għax ma tibqax illużjoni,” iddikjara hu.

Iż-żagħżugħ kompla billi rnexxielu jibdel ukoll mazz karti ieħor fl-istess karta tat-tlieta tal-qlub.

Wirja li impressjonat ukoll u kisbet l-approvazzjoni tal-erba’ membri tal-ġurija li vvutaw lil Morgan għall-fażi li jmiss.