It-tliet Ministri jridu jżommu l-informazzjoni mistura – Delia

Partit Nazzjonalista

Read in English.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia kkritika b’mod iebes ir-rikors imressaq mill-Ministri Edward Scicluna, Christian Cardona u Konrad Mizzi. Delia qal li dan hu prova ċara li 3 ministri tal-Gvern iridu li jżommu informazzjoni mir-rapport Egrant mistura. Dan waqt li esponenti tal-Gvern, inkluż huma għandhom aċċess għar-rapport.

Huwa mifhum li t-tliet Ministri għamlu rikors fil-Qorti biex ma jixhdux fil-Qorti.

Delia tkellem ukoll dwar l-irwoli li għandu l-Avukat Ġenerali. Qal li peress li l-kawża oriġinali hija kontrih qed jerġa’ jilbes żewġt ikpiepel biex jiddefendi lill-Ministru tal-Gvern li jridu jaħbu l-verità mill-poplu.

Il-Qorti Kostituzzjonali kienet laqgħet it-talba ta’ Delia fuq rikors li kien ippreżenta biex tliet Ministri tal-Gvern, Edward Scicluna, Chris Cardona u Konrad Mizzi – jittellgħu jixhdu taħt ġurament dwar l-informazzjoni li għandhom fuq ir-rapport Egrant wara li f’kawża separata, ikkwotaw siltiet mir-rapport tal-Inkjesta li s’issa għadhom qed jinżammu mistura.

Fir-risposta tieghu Adrian Delia qal li t-tliet Ministri jridu jwieġbu minn fejn ġabu l-paragrafi kkwotati li huma parti mill-inkjesta li mhix miftuħa għall-pubbliku.