It-tlielaq tal-Formula E f’xandira diretta fuq it-TV

Għad-dilettanti tat-tlielaq tal-karozzi, l-istazzjon Italia 1 se jkun qed iwassal b’mod dirett minn Berlin fil-Ġermanja t-tlielaq tal-karozzi tal-kampjonat Formula E.

Illum is-Sibt 8 ta’ Awwissu, u għada l-Ħadd 9 ta’ Awwissu dawn it-tlielaq se jkunu qed jixxandru dirett fis-6.55pm.

Imbagħad matul il-Ġimgħa se jkunu qed jitwasslu matul il-lejl filmati ta’ aktar tlielaq.

L-Erbgħa 12 ta’ Awwissu Italia Uno se jkun qed ixandar it-tellieqa fit-02.40am filwaqt li l-għada l-Ħamis 13 ta’ Awwissu it-tellieqa finali se tixxandar fit-02.55am.