It-tkabbir tal-UE opportunità għal żjara fi Brussell għaż-żgħażagħ

Il-Kummissjoni Ewropea nediet kompetizzjoni għaż-żgħażagħ ta’ bejn it-18 u l-25 sena li huma residenti f’wieħed mit-28 pajjiż membru.
Min jirbaħ minn kull pajjiż, jingħata vjaġġ għal Brussell għal tlett ijiem.
Il-kompetizzjoni tikkonsisti fil-kitba ta’ artiklu ta’ 1,000 kelma bit-tema “Daqshekk simili, daqshekk differenti, daqshekk Ewropej” u jrid jiżviluppa wieħed minn żewġ suġġetti – x’inhi l-esperjenza tiegħek ta’ Unjoni Ewropea mkabbra, jew kif tista’ Unjoni Ewropea mkabbra tilqa’ l-isfidi tal-futur.
Il-kompetizzjoni hi miftuħa sa nofsinhar tas-27 ta’ Frar.
Ġuriji minn kull pajjiż se jagħżlu r-rebbieħ fil-pajjiż tagħhom u l-artikli li jintagħżlu jiġu ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea u jiġu offruti lil mezzi tal-istampa ewlenin Ewropej għall-pubblikazzjoni.
Iktar informazzjoni tinkiseb minn hawn