“It-tkabbir ekonomiku mhux jinħass minn kulħadd” – Paula Mifsud Bonnici

Il-Kelliema għall-Politika Soċjali Paula Mifsud Bonnici qalet li t-tkabbir ekonomiku mhux jinħass minn kulħadd għax il-ġid mhux qed jitqassam b’mod ugwali.
Waqt laqgħa mad-delegazzjoni ta’ Caritas Europa, Paula Mifsud Bonnici qalet li l-ispejjeż fl-ikel għolew b’16%  mill-2012 u dan qed jagħmilha diffiċli għall-familji li jinsabu f’riskju ta’ faqar.
Żiedet tgħid li Qalet li x-xjuħija hija fattur li qed tinkwieta lill-PN u li qed jipproponi biex jiżdiedu l-pensjonijiet kif ukoll il-paga minima.
Paula Mifsud Bonnici qalet li l-Partit Nazzjonalista għandu l-valuri tas-solidarjetà u tal-ġustizzja soċjali.
Spjegat li dawn il-valuri huma l-istess bħal tal-Caritas Europa u li għandhom l-għan li jtejbu l-kwalità tal-ħajja tan-nies.
Il-Kap tal-Unit tal-Policy and Advocacy ta’ Caritas Europa, Shannon Pfohman spjegat li Caritas Europa għandha 49 organizazzjoni tal-Caritas Ewropej bħala membri li jirrappreżentaw 46 pajjiż Ewropew.
Qalet li l-ħidma ta’ Caritas Europa hija mibnija fuq tliet pilastri: l-appoġġ tal-familja, iż-żieda fis-suq tax-xogħol u s-sistema tal-protezzjoni soċjali.