It-tjubija ta’ Papa Ġwanni XXIII

Ritratt: Uffiċju stampa Mediaset

Illum fid-9.20pm l-istazzjon Taljan Canale 5 se jkun qed juri The Good Pope (Il Papa Buono), film maħdum għal fuq it-TV dwar il-ħajja tal-Papa Ġwanni XXIII. L-atturi prinċipali huma Bob Hoskins, Rolando Ravello u Roberto Citran.

Angelo Roncalli twieled fl-1881 u it-tjubija straordinarja tiegħu dehret fih sa minn meta kien għadu tifel. Sar qassis f’Ruma u waqt is-snin ta’ studju tiegħu għamel ħbieb ma’ Mattia u Nicola.

Is-Santa Sede rat fih persuna li kellha timxi ’l quddiem fil-Knisja Kattolika u wara li sar isqof u mbagħad kardinal, fl-1958 kien magħżul papa meta kellu 77 sena. Il-Papa beda l-Konċilju Vatikan II fl-1962 li però ma rax it-tmien tiegħu għaliex miet fis-sena ta’ wara. Il-Papa Franġisku fil-5 ta’ Lulju 2013 iddikjarah qaddis.