It-tjieba ta’ Alla m’għandhiex limitu – Papa Franġisku

Fl-Anġelus tal-Ħadd, il-Papa Franġisku qal li t-tjieba ta’ Alla m’għandhiex limitu u li ma tiddiskriminax hekk kif kulħadd għandu l-opportunità li jwieġeb għas-sejħa tiegħU.
B’referenza għal Vanġelu, il-Papa qal li l-invit għat-tieġ fil-parabbola għandha tliet karatteristiċi: ta’ gratitudni, universalità u kobor.
Spjega li minkejja li t-tweġiba tan-nies ma kinitx kollha pożittiva, is-sultan ma qatax qalbu, u l-istess jagħmel magħna Alla.
Ħeġġeġ lil dawk preżenti biex jiftħu qalbhom għal Alla, għaliex “kulħadd, anke dawk imwarrba mis-soċjetà, jirċievu l-ġenerożità t’Alla".