It-tixrid tal-ebola jwassal għal “konsegwenzi serji” – WHO

L-Għaqda Dinjijia tas-Saħħa ddikjarat li l-epidemija tal-ebola fil-punent tal-Afrika tinsab fi stat ta’ emerġenza internazzjonali.
L-aġenzija li hija bbażata f’ Ġinevra qalet li l-possibilita’ ta’ konsegwenzi jekk din il-marda tkompli tinxtered huma “partikolarment serji”.
Il-WHO irrimarkat li l-koordinazzjoni fost il-komunita’ internazzjonali hija l-unika soluzzjoni biex tieqaf il-firxa ta’ dan il-virus.