It-Titanic se jerġa’ jbaħħar

L-RMS Titanic kien għereq fl-Atlantiku fil-15 ta’ April 1912, jumejn qabel ma kellu jidħol fil-port ta’ New York City. Din it-traġedja ta’ vapur li qatt ma kellu jegħreq wassal biex saru diversi films kif ukoll issa, qed jinbeda l-vapur Titanic II li mistenni jsalpa għall-ewwel darba fl-2022.

Il-proġett tat-Titanic il-ġdid hu l-ħolma tal-biljunarju Awstraljan Clive Palmer li biex iwettqu diġà ħabbat wiċċu ma’ diversi problemi iżdali rebaħhom kollha.

Clive Palmer

It-Titanic II diġà ħasbulu għal kontra l-icebergs li jista’ jiltaqa’ magħhom għax saħħew l-istruttura tiegħu u l-pruwna minflok bir-rivets bħall-oriġinali iwweldjawha għal aktar saħħa. U issa l-vapur għandu aktar tagħmir għan-navigazzjoni biex jevita kull biċċa silġ kbira fuq wiċċ il-baħar.

It-Titanic fl-1912 ma kellux dgħajjes tas-salvataġġ biex isalva l-passiġġieri kollha u minħabba f’hekk mietu aktar minn 1,500 ruħ. Issa li hu ċert hu li f’dan il-lat se jkun hemm biżżejjed dgħajjes għal kulħadd jekk jinqala’ bżonn.

Il-bini tal-vapur tat-Titanic

It-Titanic kien salpa minn Southampton fl-Ingilterra fl-10 ta’ April. Iżda din id-darba l-vapur se jitlaq minn Dubai. Il-passaġġ se jkun l-istess, għal New York City, Wara l-vapur jitlaq lejn Southampton b’mod regolari fis-sajf. Għal kumplament tal-istaġuni l-oħra qed isiru rotot oħra.

Il-vapur ta’ biljunarju Palmer bħalissa qed jinbeda fiċ-Ċina. Iżda l-istess fiċ-Ċina qed jinbena Titanic ieħor preċiż bħall-oriġinal. Imma dan mhu se jbaħħar qatt għax se jkun biss attrazzjoni turistika, stazzjonat fuq ix-xmara Qijiang.