It-tiratur Gianluca Chetcuti mill-ġdid b’midalja għal Malta

It-tiratur Malti, Gianluca Chetcuti, rebaħ it-tielet post u rebaħ medalja tal-bronż fil-kategorija Double Trap fil-kampjonat Ewropew tal-isparar tal-juniors li qed isir f’Baku, l-Ażerbajġan.
Gianluca Chetcuti tela’ fuq il-podju flimkien mal-Brittaniku Deman James li rebaħ l-medalja tad-deheb u t-Taljan Dupe Foresta li rebaħ l-medalja tal-fidda.
Chetcuti kien rebaħ il-medalja tad-deheb fil-logħob tal-pajjiżi ż-żgħar ġewwa San Marino f’Ġunju li għadda.
Fi stqarrija, is-Segretarju Parlamentaru għall-Isport, Clifton Grima, feraħ lit-tiratur Malti, Gianluca Chetcuti, u awguralu kull suċċess għall-futur.