It-tipjip fost iż-żgħażagħ qiegħed jiżdied

F’Malta, in-numru ta’ subien u bniet li jpejpu qed jiżdied speċjalment it-tfajliet.

Newsbook.com.mt jinsab infurmat li hemm żieda fin-numru ta’ bniet li jpejpu bejn l-eta’ ta’ 11 u 15-il sena.

Dan jirriżulta wkoll fil-Health Behaviour in School Children fejn jirriżulta li bniet f’eta’ żgħira jpejpu minn tal-inqas darba fil-ġimgħa.

Sfortunatament studji oħra juru li żgħażagħ li jibdew ipejpun minn kmieni jkun aktar diffiċli għalihom li jieqfu.  

Fid-dawl li fir-Renju Unit irriżulta li l-istampi grafiċi fuq il-pakketti tas-sigaretti ma tantx ħallew effett fuq iż-żgħażagħ, Newsbook.com.mt staqsa lid-Direttorat għall-Promozzjoni tas-Saħħa dwar is-sitwazzjoni f’Malta.

Id-Direttorat sostna li sal-lum għadu ma sarx stħarriġ dwar l-impatt li dawn l-istampi jħallu fuq iż-żgħażagħ.

Għaldaqstant għall-kuntrarju tar-Renju Unit, fost iż-żgħażagħ Maltin dawn l-istampi grafiċi jħeġġuhom ifittxu l-għajnuna.

Il-ħidma tad-Direttorat qed tiffoka partikolarment fuq iż-żgħażagħ li jpejpu għaliex filwaqt li s-sitwazzjoni fost l-adulti hija li n-numru qed jonqos fuq bażi regolari, in-numru taż-żgħażagħ li jibdew ipejpu kmieni qiegħed jiżdied.

Qed jiġu implimentati wkoll miżuri oħra biex id f’id mat-tobba tal-familja u professjonisti tas-saħħa tiġi ndirizzata l-problema tat-tipjip