It-tindif fl-iskejjel se jitjieb biex ilaħħaq mal-COVID-19 u l-influwenza? – UPE

Il-Unjin tal-Edukaturi Professjonali (UPE) staqsiet jekk l-iskejjel humiex se jkunu ndaf b’mod adekwat biżżejjed biex inaqqsu t-tixrid tal-COVID-19. Il-UPE qalet li l-ġenituri u l-għalliema qed isostnu u jistaqsu inkwetati li jekk fil-passat kien hemm problemi kbar ta’ ndafa u iġjene meta kollox kien normali, l-indafa fl-iskejjel se tlaħħaq mal-indafa intensiva li tirrikjedi l-pandemija? L-indafa fl-iskejjel se tlaħħaq mal-influwenza u l-COVID-19, jew se tgħin biex dawn jinxterdu iktar minħabba nuqqas ta’ indafa u iġjene?

Fi stqarrija l-UPE qalet li diversi ġenituri u għalliema huma inkwetati dwar in-nuqqas ta’ indafa fl-iskejjel u li dan diġa’ esprimewh fil-passat. Il-UPE qalet li l-ilmenti ta’ nuqqas kbir ta’ ndafa u iġjene fl-iskejjel huwa wieħed mill-ikbar ħsibijiet li qed jinkwetaw lil ġenituri u li dawn qed jikkunsidraw jekk għandhomx jibgħatu lil uliedhom l-iskola, fost diversi raġunijiet oħra, ħabba n-nuqqas ta’ indafa. L-ilmenti tal-

Il-UPE qalet li fost il-każijiet ta’ nuqqas ta’ ndafa u iġjene tul is-sena skolastika li għaddiet hemm l-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien li għamlet ġimgħat mingħajr ilma u kawża t’hekk ma setax isir tindif kif suppost. Il-Unjin sostniet li l-iskola Primarja ta’ Ħal Tarxien mhix l-unika skola li għandha plumbing antik ħafna u għalhekk hemm ċans li jiżviluppaw problemi simili f’diversi skejjel hekk kif l-ilma se jkun qed jintuża għall-indafa ferm iktar waqt il-pandemija mit-tfal, għalliema u l-istaff li jnaddaf. Sostniet li jekk dawn ma jkunux jifilħu għaż-żieda fl-użu tal-ilma se jwasslu għal problemi ta’ nuqqas ta’ ndafa għax jispiċċaw bil-ħsara.

Il-Unjin temmet tgħid li rċevit diversi lmenti dwar nuqqas ta’ provvista ta’ affarijiet tat-tindif li jintremew. Il-UPE qalet li fil-laqgħat li kellha mal-Ministeru tal-Edukazzjoni ġiet infurmata li l-Gvern investa f’xugamani tal-karti u dispensers biex dawn jintremew wara li wieħed jaħsel idejh. Madanakollu diversi għalliema qalu li dawn id-dispensers tħallew vojta jew li tħalla xugaman minflok.