It-timijiet tal-Belt Valletta u l-Marsa se jingħataw art għall-grawnd

Art biswit Triq Valletta, f’Ħal Luqa qed tiġi kkunsidrata biex tingħata lit-tim tal-Belt Valletta biex jibnu l-istadium.
Dan qalu l-Ministru għall-Edukazzjoni Evarist Bartolo waqt li kien qiegħed iwieġeb għad-domanda tal-Membru Parlamentari Nazzjonalista Claudio Grech.
Dan wara li l-MEPA ma rrakkomadatx li jsir żvilupp fuq is-sit mgħoddi lill-Valletta FC fl-2011.
Il-Ministru Bartolo qal li se tingħata art fil-Marsa biex il-Marsa FC jibnu l-grawnd tagħhom.
Dwar it-tim Pieta Hotspurs FC, il-Ministru Bartolo qal li m’hemmx diskussjoni biex dan it-tim jingħatalhom spazju addizzjonali.