It-timijiet tal-Belt u l-Gudja kwarantina

Read in English.

It-timijiet tal-futbol ta’ Valletta u l-Gudja qiegħdin fi kwarantina mandatorja wara li numru ta’ nies irriżultaw pozittivi għall-Covid-19. Dan ifisser li kull attività sportiva hija sospiża sakemm jinħareġ avviż li jgħid mod ieħor.

Valletta FC

Valletta FC ħabbar l-informazzjoni fuq il-Facebook page tal-klabb, li spjega li l-plejers flimkien mat-tim tekniku tal-klabb kollu qiegħed kwarantina. Numru ta’ testijiet li saru ħarġu pożittivi kemm fost il-plejers, kif ukoll fost it-tim tekniku.

Il-klabb qal li qed ikellem lill-awtoritajiet li suppost biex jiżgura s-saħħa u sigurtà ta’ kull min hu involut fil-klabb.

Gudja United FC

Dan mhux l-ewwel klabb tal-futbol li laqqat kwarantina mandatorja. Il-klabb tal-Gudja United FC ukoll ħabbar tliet ijiem ilu li diversi plejers instabu pożittivi għall-Covid-19. Il-każijiet ħarġu 5 t’ijiem wara li t-taħriġ kien wieqaf, u l-klabb ħa l-prekawzjonijiet kollha inkluż iffumugar tal-post kollu.

Il-Malta Football Association ipppostponiet iż-żewġ logħbiet li kien imiss tal-Premier League kontra l-Hibernians F.C. u l-Gżira F.C.