It-Times ma tibqax tiddefendi lil Ivan Camilleri

Read in English.

Il-gazzetta Times of Malta mhux se tibqa’ tiddefendi lill-eks ġurnalist tagħha Ivan Camilleri. Dan wara li t-Times qalet li ħarġet informazzjoni ġdida dwar inċident li allegatament kien involut fih Camilleri.

Il-gazzetta qalet li qed tirtira stqarrija li kienet ħarġet fil-31 ta’ Ottubru 2019.

It-Times of Malta qalet li l-editur maniġerjali tal-Malta Today Saviour Balzan kien qal li Ivan Camilleri kien involut f’allegat każ ta’ serq minn supermarket. Camilleri ċaħad l-akkużi kontrih u spjega lill-gazetta x’kien ġara. Il-verżjoni tad-diretturi tas-supermarket kienet taqbel ma’ dik ta’ Camilleri.

It-Times qalet li abbażi ta’ dan iddefendiet lil Camilleri. Però l-gazzetta kompliet tinvestiga l-allegazzjonijiet u sabet li kien hemm affarijiet kontradittorji li ġew ikkonfermati minn għadd ta’ individwi.

It-Times of Malta qalet li dejjem saħqet li tistenna li nies f’pożizzjoni għolja jimxu mal-istandards tal-onestà u l-kontabilità. Żiedet tgħid li għandha tapplika dawn l-istandards għaliha wkoll, anke jekk tispiċċa titlef wieħed mill-aktar ħaddiema ta’ esperjenza tagħha.

Il-Ħamis Ivan Camilleri tkeċċa mit-Times minħabba, skont il-MaltaToday, allegata komunikazzjoni li kellu ma’ Yorgen Fenech, lejlet li pprova jaħrab mill-marina ta’ Portomaso. Yorgen Fenech qed jiġi akkużat b’kompliċità fl-assassinju tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia.

Ilbieraħ Camilleri ħareġ stqarrija min-naħa tiegħu dwar dak li ġara: