It-tim tan-nofs maratona ta’ Għawdex bl-ewwel ġirja virtwali

Read in English.

Għal dawn l-aħħar tnax-il xahar, it-tim tan-nofs maratona ta’ Għawedex b’mod kollettiv offra l-ħin tiegħu sabiex ikompli jgħollu l-livell fix-xena tal-ġiri lokali u propju għall-avveniment ta’ din is-sena, li kellu jitħassar minħabba l-pandemija tal-COVID-19, huma kienu nedew rotta ġdida għat-tellieqa tan-nofs maratona, it-tieni #RunGozo Expo, il-kampanja Conquer Your Run u għamilu arranġamenti oħrajn li kienu bżonnjużi sabiex iwasslu din l-esperjenza bl-aħjar mod possibbli.  Madankollu dawn il-bidliet kollha xorta ser jiġu implimentati fl-avveniment tas-sena d-dieħla li ser isir bejn l-24 u l-25 ta’ April 2021.

Huwa għalhekk li huma issa ħabbru uffiċjalment l-ewwel ġirja virtwali li qed tiġi organizzata mit-tim tan-nofs maratona ta’ Għawdex!

Intom qed tiġu mistiedna sabiex tingħaqdu ma’ ġerrejja oħra li ġejjin minn kull kantuniera tad-dinja permezz tal-ġiri waqt dawn iż-żminijiet ibsin u turbolenti.

Linji gwida għar-#RunGozo Virtwali:

  1. Irreġistra permezz ta’ din il-ħolqa tal-Active (mingħajr ħlas).
  2. Iġri, waqt li żżomm ruħek sigur/a (tista’ tiġri barra jew fuq it-treadmill tiegħek).
  3. Irrekordja l-ġirja tiegħek billi tuża app tal-ġiri affidabbli (bħal Strava, Fitbit, eċċ.).
  4. Tella’ l-ġirja tiegħek fuq din il-ħolqa tal-Active.
  5. Irbaħ.

Int qed tiġi mħeġġeġ ukoll biex ittella’ l-ġirja tiegħek fuq il-grupp #RunGozo Community sabiex tħeġġeġ oħrajn jipparteċipaw u jirbħu!

Kull parteċipant se jidħol fiċ-ċans li jirbaħ wieħed minn dawn il-premji kbar li ġejjin:

  1. Weekend break mingħand Gozo Village Holidays.
  2. Arloġġ Coros Pace multisports.
  3. Vawċer ta’ €100 mingħand Teamsport Malta.
  4. 3 reġistrazzjonijiet għall-avveniment li jmiss tan-Nofs Maratona ta’ Għawdex (2021).
  5. 2 reġistrazzjonijiet għall-avveniment li jmiss tan-Nofs Maratona ta’ Għawdex (2021).

Wara li tagħlaq il-kompetizzjoni fit-30 ta’ Ġunju, ir-rebbieħa kollha ser jiġu magħżula b’mod każwali u dawn jiġu mħabbra fuq il-pjattaformi soċjali kollha tagħna.

Importanti li kull min se jipparteċipa jsegwi r-regoli kollha għad-distanza soċjali u l-linji gwida lokali.