It-tim tan-nisa ta’ Exiles ġie inkurunat rebbieħ tal-kampjonat

It-tim tan-nisa tal-Waterpolo ta’ Exiles ġie inkurunat rebbieħ tal-kampjonat. Exiles kellhom staġun tajjeb fejn iddominaw ix-xena. Huma saru l-ewwel tim li rebħu s-Super Cup, il-BOV Knockout u l-BOV League fl-istess sena mingħajr ma tilfu logħba waħda fi staġun sħiħ.

Exiles irnexxielhom ukoll ikunu l-ewwel tim tan-nisa li rebaħ 3 kampjonati konsekuttivi. Fl-aħħar logħba tal-istaġun, Exiles irnexxielhom ukoll jirbħu lil Marsaskala 15-0. Wara l-logħba, it-tim ġie ppreżentat it-tazza.