It-tim tan-nisa Malti b’wirja brillanti kontra t-tim Taljan

MFA: Domenic Aquilina

It-tim tan-nisa Malti kellu logħba brillanti kontra t-tim Taljan. Kellhom ikunu żewġ gowls tard fit-tieni taqsima min-naħa tat-tim Taljan li ddeċidew ir-riżultat tal-logħba. It-tim Taljan b’hekk kiseb tliet punti mil-logħba ta’ kwalifika.

Il-logħba ntlagħbet ġewwa s-Centenary Stadium.

Immexxija minn Mark Gatt, il-Maltin żammew lit-Taljani bogħod mil-lasta kemm setgħu. It-tim Taljan dan is-Sajf wasal sal-kwarti tal-finali fil-World Cup tan-nisa li kienet organizzata minn FIFA.

Il-prestazzjoni tat-tim Malti għandha tgħin lit-tim biex ikun aktar ottimist u jkompli jagħti qalbu fil-logħob li fadal mill-qualifiers.

Għat-tim Malti lagħbu: Janice Xuereb, Stephania Farrugia, Charlene Zammit, Emma Lipman, Jade Flask, Nicole Sciberras (82 Jasmine Vella Turner), Shona Zammit, Dorianne Theuma (59 Ann-Marie Said), Maria Farrugia, Rachel Cuschieri, Brenda Borg (71 Emma Xuereb).