It-tim tal-Waterpolo ta’ taħt is-17-il sena ħalla Malta biex jikkompeti fil-Ġorġja

Il-Coaches Nazzjonali tal-Water Polo, Karl Izzo u Anthony Farrugia għażlu l-plejers li se jkunu qed jirrappreżentaw lil Malta fil-European Junior Water Polo Championships li se jsiru fi Tbilisi il-Ġorġja.

L-ismijiet huma dawn:

Miguel Vassallo – Sliema
Gianni Farrugia – Sirens
Julian Farrugia – Neptunes
Jake Bonavia – San Giljan
Lucas Falzon – Sirens
Matthew Chircop – Sirens
Gabriel Melillo – Sirens
Jake Muscat – Neptunes
Mark Carani – Sliema
Marco Rossi – Neptunes
Benjamin Cachia © – Sliema
Jacob Saliba – Sliema
Nico Schiavone – Sliema
Sebastian Stellini – Neptunes
Sebastian Busuttil – Neptunes
Gianni Galea Curmi – Sirens

Il-kontinġent Malti li qed jitmexxa minn Joe Caruna Curran telaq’ minn Malta kmieni dalgħodu u se jkun qed jirritorna lura fid-19 ta’ Awwissu. It-tim Malti se jkun qed jilgħab l-ewwel logħba tiegħu għada kontra l-Italja. Se jikkompeti wkoll kontra t-Turkija u r-Russja li qegħdin fl-istess grupp mal-Maltin. Il-logħob ta’ wara se jintlgħab skont ir-riżultati miksuba fil-gruppi.