It-tim tal-Victorians jingħaqad biex jgħin lil Nigel Spiteri

It-tim tal-futbol tal-Victorians, qed jingħaqad ma' Naxxar Lions u l-Klabb tal-Banda tal-Vittorja tan-Naxxar sabiex jgħin lil Nigel Spiteri, li qed jistenna qalb.
Nigel Spiteri huwa t-tifel ta’ 11-il sena li seraq qlub il-Maltin u l-Għawdxin bil-kummenti sinċieri fuq it-televixin Malti.
F’kummenti li ta lil Xarabank, Nigel qal hekk fuq il-kundizzjoni tiegħu, “Kieku tgħidli li għandi qalbi tajba, ngħidlek iva għax għandi qalbi tajba u nħobb ngħin ħafna nies, imma qalbi mhux qed taħdem tajjeb”.
It-tifel mistenni jitla’ Londra sabiex hemmhekk jistenna qalb. L-ispejjeż huma kbar.
Għalhekk, it-tim tal-Victorians qed iħeġġeġ lill-pubbliku jibgħat id-donazzjoni tiegħu billi jkellem lill-uffiċjali tat-tim b’messaġġ privat fuq il-paġna tal-Facebook tat-tim.
Din l-inizjattiva qed titmexxa mill-Klabb tal-Futbol tan-Naxxar Lions.