It-tim tal-U15s ta’ Otters jikteb ismu fl-Istorja

It-tim ta’ taħt il-15-il sena ta’ Otters irnexxielu jikteb ismu fl-Istorja tal-waterpolo. Għall-ewwel darba, Otters irnexxielhom jirbħu l-kategorija tagħhom. Mhux biss, iżda huma saru l-ewwel tim Għawdxi li rebaħ dan il-kampjonat.

Otters irnexxielhom jiksbu total ta’ 24 punt minn massimu ta’ 27 punt biex b’hekk waslu jirbħu d-Diviżjoni ta’ taħt il-15-il sena. It-tim kien immexxi minn Jean-Luc Zahra. Jgħinu kien hemm l-assistent Paul Dimech u l-maniġer tat-tim George Azzopardi.

Il-plejers ta’ Otters huma dawn: Mattia Grech, Andrew Dimech, Gabriel Vella, Isaac Azzopardi, Matthew Farrugia, Gianfranco Gatt Ellis, Pawlu Spiteri, Jerome Attard, Luigi Dimech, Anthony Borg, Kyle Lupi-Spencer, Steve Bajada, Thomas Milne, Zac Camilleri.