It-tim tal-futbol Arġentin jagħti lil Papa Franġisu flokk iffirmat

Ilbieraħ il-plejer Arġentin Maxi Rodriguez tela’ fuq is-sit tiegħu ta’ Twitter, ritratt fejn flimkien ma’ Lionel Messi qed iżomm flokk iffirmat mit-tim Arġentin, sabiex jingħata lil Papa Franġisku.
Ma’ dan ir-ritratt, Rodriguez li dan kien ir-rigal tagħhom għall-Papa Franġisku għax ħassewh magħhom matul l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
Fil-fatt l-AFA li hi l-Assoċjazzjoni Arġentina tal-Futbol (Asociacion de Futbol Argentino), kienet dendlet ritratt kbir tal-Papa Franġisku mat-tim Arġentin mal-ħajt fil-kumpless tat-taħriġ tagħhom waqt l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja fil-Brażil.
Dan ir-ritratt kien ittiehed meta t-tim nazzjonali Arġentin kien iltaqa’ mal-Papa Franġisku, qabel logħba ta’ ħbiberija mat-tim nazzjonali Taljan.
Huwa fatt magħruf kemm il-Papa Franġisku għandu għal qalbu l-futbol, tant li għad għandu t-tessera għal għomru tal-klabb Arġentin ta’ San Lorenzo.
Għaldaqstant, iċ-Ċerimonjier tal-Vatikan, Guillermo Karcher, qal li l-Papa għażel li ma jarax il-finali tat-Tazza tad-Dinja ta’ nhar il-Ħadd li għadda sabiex ikun newtrali.