It-tim tal-bowling ta’ BOV jirbħu t-Tieni Diviżjoni tal-kampjonat nazzjonali

It-Tim ta’ Bank of Valletta ddomina t-Tieni Diviżjoni tal-MAPFRE MSV Life, il-Kampjonat Nazzjonali tal-Bowling organizzat mill-Malta Ten Pin Bowling Association, u b’hekk kisbu l-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni.

It-tim ta’ Bank of Valletta kiseb it-trofew b’vantaġġ ta’ 29 punt fuq it-tim ta’ Malta International Airport li ġie fit-tieni post. It-tim tal-Bank rebaħ it-18-il logħba kollha tiegħu li ntlagħbu kull nhar ta’ Tlieta minn Jannar ta’ din is-sena.

It-tim li kien magħmul minn Alan Attard, Hubert Camilleri, Duncan Schembri, Josward Xuereb u l-plejer mistieden Cedric Farrugia.  It-tim se jitla’ fl-Ewwel Diviżjoni fl-istaġun li jmiss. It-tim qed iħejji issa biex jieħu sehem fil-European Company Sports Games li se jsiru f’Salzburg, l-Awstrija tul l-aħħar ġimgħa ta’ Ġunju.