It-tim tad-darts fil-logħob għall-ħaddiema jirbaħ żewġ midalji fl-Italja

It-tim Malti tad-darts rebaħ żewġ midalji tad-deheb waqt il-European Company Sport Games li qed isir f’Riccone, l-Italja.
It-tim Malti kien kompost minn Albert Scerri, Gordon Stanmore, Joseph Mangion, Paul Sammut u Noel Ebejer.
Is-Segretarju Parlamentari għall-Isport Chris Agius awgura lil Albert Scerri u t-tim tad-darts li rebħu dawn il-midalji.
Għal dan il-logħob, Malta qed tieħu sehem permezz tal-Malta Employees Sport Association (MESA).
Il-kontinġent Malti magħmul minn 42 atleta immexxi minn Mario Saliba.