It-tim ta’ Southgate jittama li jikseb riżultat aħjar minn tal-1990

Nhar l-Erbgħa l-Ingilterra se jaffrontaw lill-Kroazja fl-ewwel semi finali tagħhom tat-Tazza tad-Dinja wara 28 sena. L-aħħar darba seħħet f’Italia ’90 u l-isfida tagħhom kontra l-Ġermanja ntemmet f’telfa wara l-għoti tal-penalties.

It-tim kien immexxi minn Sir Bobby Robson li seta’ jserraħ rasu fuq plejers b’esperjenza u talent kbir bħal Peter Shilton, Paul Gascoigne, Chris Waddle u Gary Lineker.

Il-ġenerazzjoni mimlija stillel bħal Frank Lampard, Steven Gerrard, Michael Owen u Rio Ferdinand m’għadiex preżenti iżda Southgate rnexxilu jagħti identità lil grupp ta’ plejers promettenti bl-attakk tagħhom immexxi minn Harry Kane. L-attakkant ta’ 24 sena lagħab 28 darba mal-Ingilterra u s’issa skurja 5 gowls fit-turnew.

Miġjub lilek minn Hublot