​It-tim ta’ San Lorenzo għand Papa Franġisku bit-Tazza Libertadores

Iċ-ċampjins Sud Amerikani aktar kmieni marru għand il-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku, hekk kif kien xieraq bħala sapporter kbir tat-tim ta’ San Lorenzo.
Ovvjament it-tim ma marx b’idu f’idu u ħadu magħhom it-Tazza Libertadores li rebħu ftit tal-jiem ilu.
Wara l-udjenza ġenerali, Papa Franġisku ltaqa’ mal-plejers f’Sala Pawlu VI fil-Vatikan.
Huma ġabulu wkoll flokk aħmar u blu li huma l-kuluri tradizzjonali ta’ San Lorenzo.
Il-Papa stqarr magħhom li San Lorenzo huwa parti mill-identità kulturali tiegħu.
Fi tmiem il-laqgħa sellem lill-plejers kollha wieħed wieħed.
Żgur li l-laqgħa tal-lum niżlet tajjeb mal-Papa Franġisku fid-dawl tal-persekuzzjoni tal-Insara fl-Iraq, il-firda li teżisti fil-Korea u l-mewt tal-familjari tiegħu involuti f’inċident tat-traffiku fl-Arġentina.