It-tim ta’ League One Tranmere jaħsdu lil Watford

It-tim ta’ League One Tranmere saħħew lilhom infushom fit-tieni taqsima biex wrew il-kapaċità tagħhom u minn 3-0 minn taħt ġabu d-draw kontra Watford.

Il-gowls ta’ Tom Dele-Bashiru, Nathaniel Chalobah u Roberto Pereyra tefgħu lil Watford fil-vantaġġ fl-ewwel taqsima.

Id-distakk tnaqqas grazzi għal header ta’ Connor Jennings qabel ma’ Manny Monthe sab il-lasta biex għamilhom 3-2. Kien il-gowl ta’ Paul Mullin li minn penalty ma falliex.

Watford lagħbu l-aħħar ftit minuti tal-logħba b’10 plejers wara li Pereyra ingħata l-karta l-ħamra wara li għamel fawl fuq Kieron Morris.

Riżultati oħra:

Birmingham City 2-1 Blackburn Rovers

Bristol City 1-1 Shresbury Town

Burnley 4-2 Petersborough United

Millwall 3-0 Newport County

Rochdale 1-1 Newcastle United

Rotherdam United 2-3 Hull City

Brentford 1-0 Stoke City

Brighton 0-1 Sheffield Wednesday

Cardiff City 2-2 Carlisle United

Fulham 2-1 Aston Villa

Oxford United 4-1 Hartlepool United

Preston North End 2-4 Norwich City

Reading 2-2 Blackpool

Southampton 2-0 Huddersfield Town

AFC Bournemouth 4-0 Luton Town

Fleetwood Town 1-2 Portsmouth

Leicester City 2-0 Wigan Athletic

Manchester City 4-1 Port Vale

Wolverhampton Wanderers 0-0 Manchester United