It-Tim Nazzjonali tan-Nisa jirbaħ lil Bolton Ladies

FB: MFA Womens Football

It-Tim Nazzjonali tal-Futbol tan-Nisa, aktar kmieni llum kellu logħba kontra t-tim Ingliż Bolton Ladies. Il-Maltin irnexxielhom jirbħu l-logħba 2-1.

Għat-tim Malti bdew il-logħba l-gowler A.Vincenti, id-difensuri A.Said, S.Farrugia, E.Lipman u J.Vella Turner. F’nofs il-grawnd lagħbu D.Theuma, S.Zammit, A.Sultana. M.Farrugia u B.Borg, filwaqt fl-attakk kien hemm Y.Carabott. Kienet Carabott li fetħet l-iskor għal Malta fil-35 minuta biex imbagħad minuta biss wara l-bidu tat-tieni taqsima skurjat H.Bugeja.

Din kienet l-ewwel logħba ta’ ħbiberija għat-Tim Nazzjonali Malti tan-Nisa mindu spiċċa l-Kampjonat lokali tan-nisa.