It-tim Malti tar-rugby eqreb lejn promozzjoni għal livell Ewropew

It-tim Malti tar-rugby resaq eqreb lejn il-promozzjoni għal-livell Ewropew, hekk kif nhar is-Sibt rebaħ logħba internazzjonali kontra l-Iżrael bl-iskor ta’ 39-17. Wieħed minn dawk li sponsorizzaw dan is-suċċess kien GasanMamo.
Fi stqarrija, il-kumpanija qalet li hi onorata li tkun parti mis-suċċess Malti fir-rugby, filwaqt li fakkret li l-kumpanija ilha tissapportja lill-Unjin Maltija tar-Rugby (MRFU) għal dawn l-aħħar 11-il sena, u riċentament reġgħet ġeddet il-ftehim għal sentejn oħra.
Fil-fatt, GasanMamo tellgħet kompetizzjoni qabel il-logħba, u r-rebbieħa ngħataw żewġ biljetti VVIP.
Bosta mill-ħaddiema tal-kumpanija attendew il-logħba, wara li inkuraġġiethom jattendu.
Temmet l-istqarrija tawgura lit-tim Malti jipprogressa fil-klassifika dinjija tat-timijiet tar-rugby.
Fl-ewwel ritratt: Plejers mit-tim Malti waqt logħba internazzjonali
Fir-ritratti l-oħra: Membri minn GasanMamo mal-plejers waqt u wara l-logħba