It-tim Malti tal-Futsal fl-azzjoni minn għada

Il-coach Malti tal-futsal Zeljko Anicic ħabbar l-14-il plejer li ntagħżlu għat-turnew minn Grupp Ċ tal-UEFA Futsal EURO 2022. It-turnew se jkun qed jintlagħab ġewwa l-iskola nazzjonali tal-isport f’Pembroke bejn l-Erbgħa u s-Sibt. Malta se tkun qed tilgħab kontra l-Greċja, l-Polonja u l-Iżvezja.

It-tim nazzjonali Malti ilu jittrenja b’mod regolari għal dawn l-aħħar tliet ġimgħat bi preparazzjoni għal dan it-turnew. Huma lagħbu wkoll żewġ logħbaiet ta’ ħbierija kontra l-Bulgarija. Wara li fl-ewwel logħba baqgħu f’parità ta’ 2-2, it-tim Malti rebaħ it-tieni logħba bl-iskor ta’ 3-1.

It-tim li għażel Anicic, li ħa f’idu lit-tim nazzjonali x-xahar li għadda, hu magħmul minn plejers ta’ Luxol St Andrews, Valletta, University of Malta u Swieqi United.

Luxol huma rrappreżentati sew fit-tim għaliex għandhom seba’ plejers li ntagħżlu. Valletta u UoM għandhom tliet plejers kull wieħed u Swieqi għandhom plejer wieħed.

Malta se tiftaħ il-logħob kontra l-Iżvezja nhar l-Erbgħa u l-ħamis se jkunu qed jilagħbu kontra l-Greċja. L-aħħar logħba se tintlagħab kontra l-Polonja nhar is-Sibt 1 ta’ Frar.

It-tim magħżul:

Goalkeepers

Clint Mifsud (Luxol St Andrews Futsal), Stefan Vella (Luxol St Andrews Futsal).

Defenders

Marrwan Telisi (Luxol St Andrews Futsal), Giancarlo Sammut (Luxol St Andrews Futsal), Jovica Milijic (Valletta Futsal), Melvin Borg (University of Malta), Dylan Musù (University of Malta), Karl Sciortino (University of Malta).

Forwards

Carl Azzopardi (Luxol St Andrews Futsal), Andy Mangion (Luxol St Andrews Futsal), Andrè Ciancio (Valletta Futsal), George Frendo (Valletta Futsal), Firas Aboulezz (Swieqi Futsal), Mark Zammit (Luxol St Andrews Futsal).

MATCH SCHEDULE

Venue: National School of Sport, Pembroke

L-Erbgħa, 29 ta’ Jannar, 2020

17.00 – Poland vs Greece

20.00 – Sweden vs Malta

Il-Ħamis, 30 ta’ Jannar, 2020

17.00 – Sweden vs Poland

20.00 – Malta vs Greece

Is-Sibt, 1 ta’ Frar, 2020

16.00 – Greece vs Sweden

19.00 – Malta vs Poland