It-tim Malti b’impenji għaċ-championship tal-waterpolo

Malta se tkun qed tospita t-Turnew ta’ Kwalifika minn Grupp Ċ tal-Men’s European Water Polo Championships. Dan se jkun qed isir bejn il-11 u t-13 ta’ Ottubru.

It-tim Malti se jkun qed jikkompeti kontra l-Portugal u r-Rumanija.

Illum il-plejers Maltin se jirritornaw Malta wara li kellhom training camp f’Catania. Dan kien jinkludi logħob kontra t-timijiet minn Catania, Ortigia u Palermo. B’kollox telgħu 16-il atleta, iżda fil-ħinijiet li ġejjin mistennija toħroġ il-lista uffiċjali tal-plejers magħżula għat-turnew. Il-plejer li telgħu għat-training camp huma dawn li ġejjin:

Il-plejers magħżula se jkunu qed jikkompetu nhar is-Sibt fil-5:30pm kontra l-Portugal u nhar il-Ħadd fl-10:00am kontra r-Rumanija. Iż-żewġ logħbiet se jintlagħbu ġewwa l-Pixxina Nazzjonali.