It-tim Ingliż tan-nisa jirnexxielu jagħmilha għas-semi-finali

It-tim Ingliż tan-nisa laħaq s-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja għat-tieni darba konsekuttiva. Huma rnexxielhom jirbħu lit-tim Norveġiż f’La Harve bi prestazzjoni eċċellenti. Ix-xutt brillanti tat-tieni nofs tal-logħba, minn Lucy Bronze żgura lejl eċċellenti għat-tim Ingliż. B’hekk it-tim tan-nisa issa laħaq l-aħħar erbgħa fi tliet kampjonati maġġuri konsekuttivi.

Jill Scott u Ellen White irnexxielhom jiskurjaw l-ewwel żewġ gowls għat-tim Ingliż fl-ewwel taqsima tal-logħba. Bis-saħħa tal-gowl kontra n-Norveġja, White s’issa skurjat ħames gowls u b’hekk qeda fit-tellieqa kontra l-Amerikana Alex Morgan u l-Awstraljana Sam Kerr, li tirbaħ iż-żarbun tad-deheb.

Issa t-tim Ingliż imissi jilgħab kontra Franza jew l-Amerka fis-semi-finali ta’ nhar it-Tlieta ġewwa Lyon.