It-tim Ingliż rebħa bogħod milli jilħaq is-semi finali tal-ATP

L-Ingilterra qegħdin rebħa biss bogħod milli jilħqu s-semi finali tal-ATP Cup. Dan wara li Dan Evans lagħab waħda mill-aqwa logħbiet tiegħu bie wasal rebaħ lil Alex de Minaur. Evans rebaħ bl-iskor ta’ 7-6 (7-4) 4-6 7-6 (7-2) fi tliet sigħat u 24 minta. Din kienet l-itwal logħba s’issa fit-turnew.

Evans li hu n-numru wieħed fl-Ingilterra, u li ddiżżappunta lin-numru 11 tad-dinja David Goffin aktar kmieni fil-kompetizzjoni, għal darba oħra wera l-kapaċità li għandu kontra atleti li huma aħjar minnu.

L-Ingliżi Jamie Murray u Joe Salisbury se jkunu qed jilagħbu kontra De Minaur u Nick Kyrgios fil-logħba deċiżiva tad-doubles ġewwa Sydney.

L-ATP Cup hija kompetizzjoni bejn 24 nazzjon u taħdem b’sistema ta’ knockout.