Gareth Southgate stqarr li t-tim Ingliż qiegħed ferma aħjar minn meta kien qed jikkompeti waqt il-logħob ta’ kwalifika għat-Tazza tad-Dinja tal-2018. It-tim ta’ Southgate spiċċa fir-raba’ post fil-finali fir-Russja u b’hekk se jmorru għall-Euro 2020 fis-sajf li ġej bħala wieħed mill-aħjar timijiet.
Southgate spjega kif it-tim jemmen u hu kunfidenti. Hu qal li għandhom kunfidenza biżżejjed biex jikkontrollaw il-logħob bil-pussess tal-ballun u jafu li jistgħu jiskurjaw il-gowls.
Ir-rebħa tat-tim Ingliż kontra Kosova nhar il-Ħadd kompliet żieded mal-prestazzjoni tajba li ta’ t-tim s’issa. B’hekk spiċċaw l-ewwel fi Grupp A u rebħu seba’ minn tmien logħbiet.
Lura għall-kwalifikazzjoni għat-tazza tad-dinja tal-2018, it-tim Ingliż kien ukoll spiċċa fuq quddiem fil-grupp. Iżda din is-sena saru progressi kbar meta wieħed jinnota l-ammont ta’ gowls li skurjaw. B’kollox għamlu 37 gowl fi tmien logħbiet din is-sena. Fil-kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja li għaddiet, kien irnexxielhom jiskurjaw 18-il gowl f’10 logħbiet.
Riżultati:
Grupp A
Bulgaria 1-0 Czech Republic
Kosovo 0-4 England
Grupp B
Serboa 2-2 Ukraine
Luxembourg 0-2 Portugal
Grupp H
Albania 0-2 France
Andorra 0-2 Turkey
Moldova 1-2 Iceland