“It-tiġrijiet taż-żwiemel moħqrija tal-annimali; iridu jinqatgħu” – ALM

Read in English.

L-NGO Animal Liberation Malta qalet li t-tiġrijiet taż-żwiemel huma moħqrija tal-annimali u jeħtieġ li jinqatgħu kompletament.

L-għaqda mhux governattiva qalet dan fuq Facebook nhar l-Erbgħa, jum qabel it-tiġrijiet tradizzjonali f’Santa Marija fir-Rabat, Għawdex.

Aqra: Daqshekk karozzini fit-toroq bejn is-1pm u l-4pm fl-eqqel tas-sajf

Spjegat li bil-liġi riċenti li permezz tagħha, iż-żwiemel m’għandhomx jintużaw għall-karozzini bejn is-1pm u l-4pm fl-eqqel tas-sajf, it-tiġrijiet m’għandhomx ikunu permessi. L-NGO żiedet tgħid li mhumiex se joqogħdu lura milli jiġbdu l-attenzjoni fuq il-krudiltà f’din it-tradizzjoni, u milli jimbuttaw biex dawn it-tradizzjonijiet jieqfu.

Aqra: Il-kuċċiera tal-karozzini bi protest ġudizzjarju; “Ir-regoli l-ġodda illegali”

Temmew l-appell tagħhom billi ddeskrivew it-tiġrijiet bħala “abbuż skadut, krudili u bla bżonn.”

Aqra: Inċident b’żiemel f’Għawdex: Investigata allegazzjoni ta’ moħqrija tal-annimali

So these 'traditional street horse races' are happening from 2.30pm tomorrow, in soaring temperatures, amidst the recent…

Posted by Animal Liberation Malta on Wednesday, August 14, 2019