It-tigri jridu mużika klassika u r-rinoċeronti mużika pop!

Esperiment li sar fi ġnien tal-annimali fi Bristol sab li l-iljuni u t-tigri jirrilassaw meta jisimgħu il-mużika klassika. Wara li għal xi ħin semgħu din it-tip ta’ mużika, it-tigri u l-iljuni mteddew mal-art u kellhom imġieba kalma.

Jekk ħsibt li din hija ħaġa ovvja, ta’ min jgħid ukoll li mhux kull annimal jirreaġixxi bl-istess mod għal tipi differenti ta’ mużika.

Infatti instab li r-rinoċeronti jirrilassaw l-iktar meta jisimgħu l-mużika pop u kull tip ta’ ħoss b’ritmu aktar mgħaġġel.

Jidher ukoll li l-klieb għandhom gosti bħal tal-qtates. Meta klieb fil-Battersea Dog’s Home semgħu mużika klassika, l-inbiħ naqas drastikament.

Jgħidu ‘mitt bniedem mitt fehma’, u jidher li dan japplika wkoll fost l-annimali.