It-tifkira Solenni ta’ l-Ikla tal-Mulej

Ilbieraħ il-Knisja Kattolika ċċelebrat Ħamis ix-Xirka, it-tifkira Solenni ta’ l-Ikla tal-Mulej, fejn tfakkar it-twaqqif ta’ l-ewkaristija u l-bidu tal-passjoni ta’ Sidna Ġesu Kristu. Ilbieraħ filgħaxija fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann, l-Arċisqof Pawlu Cremona mexxa t-Tifkira Solenni ta’ l-Ikla tal-Mulej magħrufa bħala l-Aħħar Ċena, u wara l-quddiesa ħa s-Sagrament lejn l-Artal tar-Ripożizzjoni għal qima ta’ l-Insara. F’Għawdex l-Isqof Mario Grech mexxa l-funzjonijiet ta’ Ħamis ix-Xirka fil-Knija Katidrali fir-Rabat Għawdex. Wara l-funzjoni ta’ Ħamis ix-Xirka, iċ-ċelebrant ħa l-Ewkaristija minn fuq l-altar ewlieni għal artal tar-ripożizzjoni jew sepulkru. Wara ċ-ċerimonja bdew dawk li jissejħu ż-żjarat lis-seba’ sepulkri. Matul in-nofs ta’ nhar ta’ dalgħodu, il-Ġimgħa l-Kbira, ikomplu dawn il-viżti tradizzjonali u s-Sepulkri fejn il-bieraħ tpoġġa s-sagrament.